EUR-Lex -  62019TN0270 - MT
Karar Dilini Çevir:
EUR-Lex -  62019TN0270 - MT

24.6.2019   
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/66

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2019 — Amazon Technologies vs EUIPO (ring)
(Kawża T-270/19)
(2019/C 213/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet
Rikorrenti: Amazon Technologies, Inc. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Klett u C. Mikyska, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva “ring” — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 401 009
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2019 fil-Każ R 2211/2018-5

Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO inklużi l-ispejjeż neċessarji tar-rikorrenti fiż-żewġ proċeduri.

Motiv invokat

Ksur, mill-Bord tal-Appell, tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, peress li rrifjuta l-protezzjoni tat-trade mark inkwistjoni.

Full & Egal Universal Law Academy