EUR-Lex -  62018TN0283 - MT
Karar Dilini Çevir:
EUR-Lex -  62018TN0283 - MT
201807060741994112018/C 259/552832018TC25920180723MT01MTINFO_JUDICIAL20180503404121
Kawża T-283/18: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Bernis u Oħrajn vs BĊE
C2592018MT4010120180503MT0055401412
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2018 – Bernis u Oħrajn vs BĊE
(Kawża T-283/18)2018/C 259/55Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ernests Bernis (Jurmala, il-Latvja), Oļegs Fiļs (Jurmala), OF Holding SIA (Riga, il-Latvja) u Cassandra Holding Company SIA (Jurmala) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)
Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet tal-BĊE tat-23 ta Frar 2018 li ABLV Bank, As u ABLV Bank Luxembouirg, SA qed ifallu jew x’aktarx li jfallu;

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-evalwazzjoni tal-BĊE tal-kriterju ta’ “li qed tfalli jew x’aktarx li tfalli” fir-rigward ta’ ABLV Bank u tas-sussidjarja tagħha ABLV Bank Luxembourg kienet żbaljata jew difettuża f’numru ta’ aspetti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser id-dritt għal smigħ u drittijiet proċedurali oħra tar-rikorrenti.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser id-dritt tar-rikorrenti għal deċiżjoni motivata b’mod xieraq.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE naqas milli jeżamina u jevalwa bir-reqqa u imparzjalment l-aspetti rilevanti kollha tal-każ individwali.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser id-dritt għall-proprjetà u l-libertà ta’ intrapriża tar-rikorrenti.
8.
It-tmien motiv ibbażat fuq li l-BĊE kiser il-prinċipju ta’ nemo auditur.
9.
Id-disa’ motiv ibbażat fuq li l-BĊE wettaq użu ħażin ta’ poter.
10.
L-għaxar motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt ta’ ABLV Banki skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba n-nuqqas li jiġi żgurat it-trattament tal-kwistjonijiet ta’ ABLV Bank mill-istituzzjonijiet u mill-korpi rilevanti tal-Unjoni.

Full & Egal Universal Law Academy