EUR-Lex -  62017TN0734 - MT
Karar Dilini Çevir:
EUR-Lex -  62017TN0734 - MT

22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/48

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2017 – ViaSat vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-734/17)

(2018/C 022/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ViaSat, Inc. (Carlsbad, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, L. Marco Perpiñà, u S. Semey, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni negattiva impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Awwissu 2017, li tirriżulta min-nuqqas tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, milli twieġeb fit-terminu previst għall-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti għal aċċess għal dokumenti tal-10 ta’ Lulju 2017 fir-rigward tal-applikazzjoni għal aċċess għal dokumenti rreġistrata fit-2 ta’ Mejju 2017 bin-numru 2017/2592, sa fejn tikkonċerna informazzjoni prodotta jew skambjata fil-kuntest ta’ sejħa għal applikazzjonijiet għal sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi ċellulari bis-satellita;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha skont l-Artikolu 296(2) TFUE.

2.

It-tieni motiv: il-Kummissjoni naqset milli twettaq eżami konkret u individwali tad-dokumenti mitluba.

Full & Egal Universal Law Academy