EUR-Lex -  62017CN0393 - MT
Karar Dilini Çevir:
EUR-Lex -  62017CN0393 - MT

11.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 300/19

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fit-30 ta’ Ġunju 2017 – Openbaar Ministerie vs Freddy Lucien Magdalena Kirschstein, Thierry Frans Adeline Kirschstein

(Kawża C-393/17)

(2017/C 300/23)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Openbaar Ministerie

Konvenuti: Freddy Lucien Magdalena Kirschstein, Thierry Frans Adeline Kirschstein

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern għandha tiġi interpretata bħala li tipprekludi d-dispożizzjoni fl-Artikolu II.75(6) tal-Kodiċi għal Edukazzjoni Ogħla tal-11 ta’ Ottubru 2013 li timponi projbizzjoni ġenerali fuq istituzzjonijiet edukattivi mhux akkreditati li jużaw it-titolu “master” fid-diplomi li jagħtu, meta dik il-projbizzjoni tkun intiża għas-salvagwardja ta’ kwistjoni ta’ interess ġenerali, jiġifieri l-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ edukazzjoni fejn ikun possibbli li jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżiti ta’ kwalità ddefiniti minn qabel ikunux ġew effettivament sodisfatti?

2)

Id-Direttiva 2006/123/KE (2) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern għandha tiġi interpretata bħala li tipprekludi d-dispożizzjoni fl-Artikolu II.75(6) tal-Kodiċi għal Edukazzjoni Ogħla tal-11 ta’ Ottubru 2013 li timponi projbizzjoni ġenerali fuq istituzzjonijiet edukattivi mhux akkreditati li jużaw it-titolu “master” fid-diplomi li jagħtu, meta dik il-projbizzjoni tkun intiża għas-salvagwardja ta’ kwistjoni ta’ interess ġenerali, jiġifieri l-protezzjoni tad-destinatarji tas-servizzi?

3)

Id-dispożizzjoni kriminali applikabbli għal istituzzjonijiet edukattivi mhux irrikonoxxuti mill-Gvern Fjamming li jagħtu diplomi ta’ “masters”, jgħaddu mit-test ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikoli 9(1)(ċ) u 10(2)(ċ) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern?

(1)  ĠU 2005 L 149, p. 22.

(2)  ĠU 2006 L 376, p. 36.

Full & Egal Universal Law Academy