EUR-Lex -  62016CA0594 - MT
Karar Dilini Çevir:
EUR-Lex -  62016CA0594 - MT

12.11.2018   
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/8

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Enzo Buccioni vs Banca d’Italia
(Kawża C-594/16) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2013/36/UE - Artikolu 53(1) - Obbligu ta’ sigriet professjonali tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Istituzzjoni ta’ kreditu li l-istralċ obbligatorju tagħha ġie ordnat - Żvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali fil-kuntest ta’ proċeduri ċivili jew kummerċjali”))
(2018/C 408/07)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Enzo Buccioni
Konvenuta: Banca d’Italia
fil-preżenza ta’: Banca Network Investimenti SpA, en liquidation

Dispożittiv
L-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali lil persuna li tagħmel it-talba sabiex tkun tista’ tressaq proċedura ċivili jew kummerċjali intiża għall-protezzjoni ta’ interessi patrimonjali li kienu leżi wara li tqiegħdet fi stralċ obbligatorju istituzzjoni ta’ kreditu. Madankollu, it-talba ta’ żvelar għandha tirrigwarda l-informazzjoni li dwarha l-applikant iressaq indizji preċiżi u konkordanti li jindikaw b’mod plawżibbli li dawn huma rilevanti għall-ħtiġijiet ta’ proċedura ċivili jew kummerċjali, li s-suġġett tagħha għandu jiġi konkretament identifikat mill-applikant u barra minnha l-informazzjoni inkwistjoni ma tistax tintuża. Huwa f’idejn l-awtoritajiet u l-qrati kompetenti li jibbilanċjaw l-interess tal-applikant li jkollu aċċess għall-informazzjoni inkwistjoni u l-interessi marbuta mal-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali, qabel ma jagħmel l-iżvelar ta’ kull waħda mill-informazzjoni kunfidenzjali mitluba.
(1)  ĠU C 63, 27.02.2017

Full & Egal Universal Law Academy