EUR-Lex -  62015TB0437(01) - MT
Karar Dilini Çevir:
EUR-Lex -  62015TB0437(01) - MT

2.5.2016   
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/45

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2016 – Eden Green Vivai Piante di Verdesca Giuseppe et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-437/15) (1)
((“Rikors għal annullament - Agrikoltura - Protezzjoni kontra organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti - Miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni Ewropea tal-Xylella fastidiosa - Att regolatorju li jinvolvi miżuri ta’ implementazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))
(2016/C 156/61)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet
Rikorrenti: Eden Green Vivai Piante di Verdesca Giuseppe (Copertino, l-Italja), u t-38 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tad-digriet (rappreżentant: G. Manelli, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u I. Galindo Martin, aġenti)

Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789, tat-18 ta’ Mejju 2015, fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, p. 36), u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 6 u 9 tagħha, moqrija flimkien mal-Anness I ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Eden Green Vivai Piante di Verdesca Giuseppe u t-38 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1)  ĠU C 328, 5.10.2015.

Full & Egal Universal Law Academy