EUR-Lex -  62011CN0604 - MT
Karar Dilini Çevir:
EUR-Lex -  62011CN0604 - MT

4.2.2012   
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/15

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 12 de Madrid (Spanja) fit-28 ta’ Novembru 2011 — Genil 48, S.L. u Comercial Hostelera de Grandes Vinos, S.L. vs Bankinter S.A., u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.
(Kawża C-604/11)
2012/C 32/28
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 12 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Genil 48, S.L. u Comercial Hostelera de Grandes Vinos, S.L.
Konvenut: Bankinter S.A. u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

Domandi preliminari
(1)
Il-fatt li klijent jiġi propost swap ta’ interessi sabiex ikun kopert ir-riskju ta’ varjazzjoni tar-rata ta’ interess ta’ prodotti finanzjarji oħra għandu jiġi kkunsidrat bħala servizz ta’ pariri dwar l-investiment fis-sens tad-definizzjoni mogħtija fil-punt (4) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE (1)?
(2)
L-ommissjoni tat-test ta’ adegwatezza prevista fl-Artikolu 19(4) tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq li tikkonċerna investitur tax-xiri bl-imnut għandha twassal għan-nullità assoluta tal-kuntratt konkluż bejn l-investitur u l-istituzzjoni ta’ investiment?
(3)
Jekk is-servizz ipprovdut fit-termini li jippreċedu ma huwiex ikkunsidrat bħala pariri dwar l-investiment, is-sempliċi fatt li jsir xiri ta’ strument finanzjarju kumpless bħal swap ta’ interessi mingħajr ma jitwettaq it-test li jikkonċerna n-natura xierqa prevista fl-Artikolu 19(5) tad-Direttiva 2004/39/KE minħabba raġuni imputabbli għall-istituzzjoni ta’ investiment jddetermina n-nullità assoluta tal-kuntratt?
(4)
Il-fatt li istituzzjoni ta’ kreditu tipproponi strument finanzjarju kumpless marbut ma’ prodotti finanzjarji oħra huwa raġuni suffiċjenti sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-obbligi tal-istituzzjoni ta’ investiment li twettaq il-provi ta adegwatezza u li jikkonċernaw in-natura xierqa prevista mill-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39/KE għal investitur tax-xiri bl-imnut?
(5)
Sabiex tkun eżkluża l-applikazzjoni tal-obbligi previsti fl-Artikolu 19(9) tad-Direttiva 2004/39/KE, il-prodott finanzjarju li miegħu huwa marbut l-istrument finanzjarju propost għandu jkun suġġett għal regoli ta’ protezzjoni tal-investitur li jixbhu dawk mitluba fid-direttiva msemmija iktar ’il fuq?
(1)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE

Full & Egal Universal Law Academy