EUR-Lex -  62011CB0494 - MT
Karar Dilini Çevir:
EUR-Lex -  62011CB0494 - MT

24.11.2012   
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/21

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ġunju 2012 — Otis Luxembourg Sàrl, li kienet General Technic-Otis Sàrl, Otis SA, Otis GmbH & Co. OHG, Otis BV, Otis Elevator Company vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-494/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-lifts u tal-eskelejters - Multi - Kumpannija parent u sussidjarji - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)
2012/C 366/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet
Appellanti: Otis Luxembourg Sàrl, li kienet General Technic-Otis Sàrl, Otis SA, Otis GmbH & Co. OHG, Otis BV, Otis Elevator Company (rappreżentanti: A. Winckler u D. Gerard, avukati, J. Temple Lang u C. Cook, solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, R. Sauer u J. Bourke, aġenti)

Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 — General Technic Otis et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-141/07, T-142/07, T-145/07 u T-146/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/E-1/38.823 — PO/Liftijiet u Eskalejters), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-lifts u tal-eskelejters fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, fir-rigward tal-manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti, it-tqassim tas-swieq, l-iffissar tal-prezzijiet, l-għoti ta’ proġetti u ta’ kuntratti relatati magħhom u l-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettqa mis-sussidjarji tagħha

Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Otis Luxembourg Sàrl, Otis SA, Otis GmbH & Co. OHG, Otis BV u Otis Elevator Company huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1)  ĠU C 347, 26.11.2011

Full & Egal Universal Law Academy