EUR-Lex -  62011CA0419 - MT
Karar Dilini Çevir:
EUR-Lex -  62011CA0419 - MT

18.5.2013   
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/6

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Městský soud v Praze — Ir-Repubblika Ċeka) — Česká spořitelna, a.s. vs Gerald Feichter
(Kawża C-419/11) (1)
(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Artikolu 5(1)(a) u Artikolu 15(1) - Kunċett ta’ “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt” u ta’ “kuntratt konkluż mill-konsumatur” - Promissory note - Aval - Garanzija għal kuntratt ta’ kreditu)
2013/C 141/08
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju
Městský soud v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Česká spořitelna, a.s.
Konvenut: Gerald Feichter

Suġġett
Talba għal domanda preliminari — Městský soud v Praze — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1)(a) u 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4 p. 42) — Kunċetti ta’ “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt” u ta’ “kuntratt konkluż mill-konsumatur” — Ġurisdizzjoni sabiex tisma’ kawżi dwar obbligu kambjarju tal-amministratur ta’ kumpannija, li jkun awtorizza promissory note inbjank ffirmata minn din il kumpannija favur bank, bħala garanzija għall-ftehim ta’ kreditu — Determinazzjoni tal-post tal-eżekuzzjoni tal-obbligu, meta l-promissory note oriġinarjament ma kien fiha l-ebda indikazzjoni tal-post tal-ħlas

Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li għandha rabtiet professjonali mill-qrib ma’ kumpannija, bħall-amministrazzjoni ta’ tali kumpannija jew iż-żamma ta’ sehem maġġoritarju fiha, ma tistax titqies bħala konsumatur fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta hija tagħti aval fuq promissory note maħruġa sabiex tiggarantixxi l-obbligi ta’ din il-kumpannija li jirriżultaw minn kuntratt li jirrigwarda l-għoti ta’ kreditu. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għad-determinazzjoni ta’ liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja li permezz tagħha l-benefiċjarju ta’ promissory note, stabbilita fi Stat Membru, jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw minn din il-promissory note, li ma kinitx kompluta fid-data tal-firma tagħha u li ġiet sussegewentement kompluta mill-benefiċjarju, kontra min ta l-aval, li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru ieħor.
(2)
L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika għad-determinazzjoni ta’ liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja li permezz tagħha l-benefiċjarju ta’ promissory note, stabbilita fi Stat Membru, jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw minn din il-promissory note, li ma kinitx kompluta fid-data tal-firma tagħha u li ġiet sussegwentement kompluta mill-benefiċjarju, kontra min ta l-aval, li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru ieħor.
(1)  ĠU C 311, 22.10.2011.

Full & Egal Universal Law Academy