EUR-Lex -  62009TN0365 - MT
Karar Dilini Çevir:
EUR-Lex -  62009TN0365 - MT

7.11.2009   
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/81

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2009 — Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki vs UASI — Free (FREE)
(Kawża T-365/09)
2009/C 267/144
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet
Rikorrenti: Michalakopoulou Ktimatiki Touristiki AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: A. Koliothomas u K. Papadiamantis, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Free SAS (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Każ R 1346/2008-1;

tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ dawk il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “FREE” għal prodotti fil-klassi 16
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni Franċiża tat-trade mark verbali “FREE” għal servizzi fil-klassi 38; Reġistrazzjoni Franċiża tat-trade mark figurattiva “FREE — LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 38
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda, b’mod żbaljat, li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati;,ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu li jeżisti xebh bejn il-prodotti fil-klassi 16 koperti mit-trade mark Komunitarja kkonċernata u s-servizzi fil-klassi 38 koperti mit-trade mark preċedenti.

Full & Egal Universal Law Academy